7.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 142/17
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (il-Belgju) fil-31 ta' Marzu 2008 — C. Cloet u J. Cloet vs Westvlaamse Intercommunale voor Economische Expansie, Huisvestingsbeleid en Technische Bijstand CVBA (WVI)
(Kawża C-129/08)
(2008/C 142/27)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Brugge
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: C. Cloet u J. Cloet.
Konvenuta: Westvlaamse Intercommunale voor Economische Expansie, Huisvestingsbeleid en Technische Bijstand CVBA (WVI).
Domandi preliminari
1)
Il-vantaġġ finanzjarju li r-Reġjun/Komunità tal-Flanders ta lil NV. Metafox permezz ta' korp amministrattiv deċentralizzat, il-W.V.I., fil-forma ta' prezz preferenzjali għax-xiri ta' art industrijali ta' 18,274 m2, prezz li ntalab u li l-W.V.I. ta fl-ammont ta' EUR 294 394,14 u li fl-att ta' bejgħ jingħad li hu “pro fisco” meta mqabbel mal-prezz preferenzjali effettivament imħallas ta' EUR 91 720,60, filwaqt li, abbażi tal-valur medju ta' l-artijiet industrijali li jinsabu f'din il-lokalità, il-prezz reali ta' art industrijali bħal din normalment ikun ta' EUR 1 007 926,40, għandu jiġi kkunsidrat bħala kompatibbli mas-suq komuni?
2)
Billi adotta tali miżura ta' esproprjazzjoni segwita minn bejgħ lil NV. Metafox (speċifikament bl-għoti ta' prezz preferenzjali ta' EUR 91 720,60 lil NV. Metafox), ir-Reġjun/Komunità tal-Flanders qed jagħti vantaġġ, b'mod indirett, lill-impriża favorizzata, NV. Metafox, meta jagħtiha, direttament, vantaġġ finanzjarju (jiġifieri d-differenza bejn il-prezz imħallas u l-prezz ta' bejgħ iddikjarat bħala “pro fisco” fl-att ta' bejgħ) billi din l-impriża ma kinitx tkun tista' takkwista din l-art taħt il-kundizzjonijiet normali tas-suq (EUR 1 007 926,40) jew bil-prezz ta' bejgħ iddikjarat “pro fisco” (EUR 294 394,14)?
Għaldaqstant, din il-miżura tal-W.V.I. (speċifikament il-bejgħ ta' art industrijali bil-prezz preferenzjali effettivament imħallas) tista' tiġi kklassifikata bħala vantaġġ finanzjarju li hu inkompatibbli ma' l-Artikolu 87(1) KE?
3)
Miżura bħal din u l-vantaġġ finanzjarju mogtħi mir-Reġjun/Komunità tal-Flanders għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 88(3) KE?
Full & Egal Universal Law Academy