21.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 158/10
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden fit-2 ta' April 2008 — Intercontainer Interfrigo SC (ICF) vs Balkenende Oosthuizen BV u MIC Operations BV
(Kawża C-133/08)
(2008/C 158/15)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Intercontainer Interfrigo (ICF) SC
Konvenuti: Balkenende Oosthuizen BV u MIC Operations BV
Domandi preliminari
a)
L-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrigwarda biss nolleġġ għal vjaġġ u li għamliet oħra ta' kuntratti ta' nolleġġ ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu?
b)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, l-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, safejn għamliet oħra ta' kuntratti ta' nolleġġ jirrigwardaw ukoll il-ġarr ta' merkanzija, il-kuntratt in kwistjoni, safejn jirrigwarda dan it-tip ta' ġarr, jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni u li l-liġi applikabbli hija għall-bqija stabbilita skond l-Artikolu 4(2) tal-Konvenzjoni?
ċ)
Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv, għal-liema waħda miż-żewġ sistemi legali indikati għandu jsir riferiment sabiex tiġi eżaminata eċċezzjoni ta' preskrizzjoni mqajma fir-rigward ta' talba bbażata fuq il-kuntratt?
d)
Jekk il-parti prinċipali tal-kuntratt tirrigwarda l-ġarr ta' merkanzija, id-distinzjoni msemmija fit-tieni domanda għandha tiġi injorata u l-liġi applikabbli għall-partijiet kollha tal-kuntratt għandha tiġi stabbilita skond l-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni?
Fir-rigward tal-motiv imsemmi fil-punt 3.6(ii) iktar 'il fuq:
e)
Id-deroga li tinsab fit-tieni frażi ta' l-Artikolu 4(5) tal-Konvenzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-preżunzjonijiet fl-Artikolu 4(2), (3) u (4) tal-Konvenzjoni mhumiex applikabbli biss meta miċ-ċirkustanzi kollha jirriżulta li l-kriterji ta' rabta indikati fl-imsemmija subparagrafi m'għandhomx valur ġenwin ta' rabta jew inkella mhumiex applikabbli anki meta minn dawn iċ-ċirkustanzi jirriżulta li teżisti rabta iktar qawwija ma' pajjiż ieħor?
(1) Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980.
Full & Egal Universal Law Academy