5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/12
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja), fit-2 ta' April 2008 — J.E. Tyson Parketthandel GmbH hanse j. vs Hauptzollamt Bremen
(Kawża C-134/08)
(2008/C 171/21)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof (il-Ġermanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: J.E. Tyson Parketthandel GmbH hanse j.
Konvenut: Hauptzollamt Bremen
Domandi preliminari
L-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2193/2003, tat-8 ta' Diċembru 2003, li jistabbilixxi dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjoni ta' ċertu prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika (1), għandu jiġi interpretat kuntrarjament għall-ifformular tiegħu, fis-sens li l-prodotti li għalihom jista' jiġi pprovat li huma diġà fi triqithom lejn il-Komunità fid-data ta' l-ewwel applikazzjoni ta' dazji doganali addizzjonali u li d-destinazzjoni tagħhom ma tistax tinbidel, mhumiex issuġġettati għad-dazji addizzjonali?
(1) ĠU L 328, p. 3.
Full & Egal Universal Law Academy