19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/9
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Oberlandesgericht Karlsruhe (il-Ġermanja) fis-7 ta' April 2008 — Proċeduri penali kontra Rafet Kqiku
(Kawża C-139/08)
(2008/C 183/17)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Karlsruhe
Partijiet fil-kawża prinċipali
Prosekutur:
1.
Generalstaatsanwaltschaft Karlsruhe
2.
Staatsanwaltschaft Konstanz
Konvenut: Rafet Kqiku
Domandi preliminari
L-Artikoli 1 u 2 tad-deċiżjoni Nru 896/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' l-14 ta' Ġunju 2006, li tistabbilixxi reġim simplifikat għall-kontroll ta' persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Istati Membri ta' ċerti permessi ta' residenza maħruġa mill-Iżvizzera u l-Liechtenstein għal skopijiet ta' tranżitu mit-territorji tagħhom (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-permessi ta' residenza ta' l-Iżvizzera u tal-Liechtenstein, elenkati fl-anness ta' l-imsemmija deċiżjoni, joħolqu direttament, minħabba r-rikonoxximent unilaterali tagħhom, mill-Istati Membri li jimplementaw b'mod sħiħ l-acquis ta' Schengen, bħala ekwivalenti għall-viża uniformi jew għall-viża nazzjonali tagħhom, l-effett ta' permess ta' residenza li jawtorizza t-tranżitu miż-żona komuni;
jew
l-Artikoli 1 u 2 tad-deċiżjoni Nru 896/2006/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li għandhom permess ta' residenza ta' l-Iżvizzera u tal-Liechtenstein, elenkat fl-anness ta' l-imsemmija deċiżjoni, u rikonoxxut unilateralment mill-Istati Membri li jimplementaw b'mod sħiħ l-acquis ta' Schengen, huma eżenti, għall-finijiet ta' tranżitu miż-żona komuni, mill-obbligu ta' viża previst permezz ta' l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 539/2001?
(1) ĠU L 167, p. 8.
Full & Egal Universal Law Academy