5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/13
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tallinna Halduskohus (l-Estonja) fis-7 ta' April 2008 — AS Rakvere Lihakombinaat vs Põllumajandusministeerium, Maksu- ja Tolliameti Ida maksu- ja tollikeskus
(Kawża C-140/08)
(2008/C 171/23)
Lingwa tal-kawża: L-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Tallinna Halduskohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AS Rakvere Lihakombinaat
Konvenuti: Põllumajandusministeerium, Maksu- ja Tolliameti Ida maksu- ja tollikeskus
Domandi preliminari
1)
Il-laħam iffriżat tat-tiġieġ isseparat mekkanikament (laħam isseparat mekkanikament ġie ddefinit għall-ewwel darba fil-punt 1.14 ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali) għandu jiġi kklassifikat mill-1 ta' Mejju 2004 taħt il-kodiċi ta' nomeklatura magħquda 0207 14 10 jew taħt il-kodiċi ta' nomenklatura magħquda 0207 14 99 fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2) tat-23 ta' Lulju 1987 dwar nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganli komuni ta' Dwana?
2)
Fil-każ li l-prodott deskritt fid-domanda 1.1 għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi ta' nomenklatura magħquda 0207 14 10, tintalab deċiżjoni preliminari għad-domanda segwenti:
2.1)
L-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003 jipprekludi d-determinazzjoni tal-ħażna żejda ta' operatur billi titnaqqas b'mod awtomatiku mill-ħażna żejda (meqjusa bħala ħażna ttraferita 'l quddiem) il-ħażna medja ta' l-operatur fl-1 ta' Mejju ta' l-erba' snin ta' attività qabel l-1 ta' Mejju 2004, immultiplikata b'1.2?
Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, ir-risposta tkun differenti jekk fid-determinazzjoni ta' l-ammont tal-ħażna ttrasferita 'l quddiem u l-ħażna żejda huwa wkoll possibbli li jitqiesu ż-żieda fil-volum tal-produzzjoni, ta' l-ipproċessar jew tal-bejgħ ta' l-operatur, il-perijodu ta' maturazzjoni tal-prodott agrikolu, iż-żmien tal-kostituzzjoni tal-ħażniet, u ċirkustanzi oħra indipendenti mill-operatur?
2.2)
Il-fatt li tiġi imposta taxxa fuq il-ħażna żejda fejn l-operatur jinstab li kellu ħażna żejda fl-1 ta' Mejju 2004 iżda juri li ma kienx fil-fatt kiseb vantaġġ f'termini ta' differenza fil-prezzijiet mit-tqegħid fis-suq tal-ħażna żejda wara l-1 ta' Mejju 2004 huwa kompatibbli ma' l-għan tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003?
(1) ĠU L 139, p. 55.
(2) ĠU L 256, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy