7.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 142/18
Rikors ippreżentat fis-7 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-142/08)
(2008/C 142/28)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Kaduczak u P. Dejmek)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi neċessarji sabiex tadotta d-Direttiva 2004/39/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, u fi kwalunkwe każ, peress li ma informatx lill-Kummissjoni bl-adozzjoni ta' dawn il-miżuri, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha bis-saħħa ta' l-imsemmija direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu ta' żmien għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/39/KE skada fil-31 ta' Jannar 2007
(1) ĠU L 145, p. 1-44.
Full & Egal Universal Law Academy