7.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 142/18
Rikors ippreżentat fis-7 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-143/08)
(2008/C 142/29)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Kaduczak u P. Dejmek)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tikkonstata li, billi m'adottatx il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tittrasponi d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE (1) ta' l-10 ta' Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/39/KE, u li fi kwalunkwe każ, ma nnotifikatx lill-Kummissjoni bl-adozzjoni ta' dawn il-miżuri, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond din id-Direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/73/KE skada fil-31 ta' Jannar 2007.
(1) ĠU L 241, p. 26-58.
Full & Egal Universal Law Academy