7.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 142/19
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Juzgado de lo Mercantil de Málaga, (Spanja) fid-9 ta' April 2008 — Finn Mejnertsen vs Betina Mandal Barsoe
(Kawża C-148/08)
(2008/C 142/31)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil de Málaga (Spanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Finn Mejnertsen.
Konvenuta: Betina Mandal Barsoe.
Domandi preliminari
1)
Għall-finijiet ta' l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha tiġi kkunsidrata bħala Stat Membru skond l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 (1) dwar proċedimenti ta' falliment?
2)
Il-fatt li r-Regolament Nru 1346/2000 hu suġġett għall-protokoll iċċittat ifisser li dan ir-regolament ma jiffurmax parti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja fl-imsemmi pajjiż?
3)
Il-fatt li r-Regolament Nru 1346/2000 ma jorbotx lid-Danimarka u ma japplikax f'dan il-pajjiż ifisser li l-Istati Membri l-oħra m'għandhomx japplikaw l-imsemmi regolament għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta' falliment mogħtija fid-Danimarka jew, għall-kuntrarju, li l-Istati Membri l-oħra huma marbuta, ħlief jekk ikunu għamlu derogi, japplikaw l-imsemmi regolament meta d-deċiżjoni ta' falliment tingħata fid-Danimarka u jkun qed jintalab ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tagħha fl-imsemmija Stati, b'mod partikolari għal dak li jikkonċerna Spanja?
(1) Regolament (KE) Nru 1346/2000 tal-Kunsill, tad-29 ta' Mejju 2000 (ĠU L 160, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy