19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/10
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hof van beroep te Antwerpen (Il-Belġju) fit-18 ta' April 2008 — Internationaal Verhuis- en Transportbedrijf Jan de Lely vs Belgische Staat
(Kawża C-161/08)
(2008/C 183/19)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellanti: Internationaal Verhuis- en Transportbedrijf Jan de Lely
Appellat: Belgische Staat
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1593/91 tat-12 ta' Ġunju 1991, interpretat fid-dawl ta' l-Artikolu 11(1) tal-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR 1975), ta' l-14 ta' Novembru 1975, għandu jinftiehem fis-sens li t-terminu perentorju li jinsab fl-Artikolu 11(1) tal-Konvenzjoni TIR huwa validu biss favur l-organizzazzjoni garanti, iżda mhux għall-proprjetarju tal-carnet, jew, rispettivament, li n-nuqqas ta' osservanza tat-terminu ta' sena wara li l-aċċettazjoni tal-carnet TIR għandu effett, fil-konfronti tal-proprjetarju tal-carnet, fuq l-eżiġibbiltà ta' l-obbligu doganali jew, rispettivament, tad-dazji tas-sisa jew tad-dazji tas-sisa speċjali u fuq ir-responsabbiltà tiegħu, kif ukoll li n-nuqqas ta' osservanza tat-terminu ta' sena jikkomprometti d-dritt ta' l-awtoritajiet doganali kompetenti sabiex jaraw li dan l-obbligu jiġi sodisfatt?
2)
L-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1593/91 tat-12 ta' Ġunju 1991, interpretat fid-dawl ta' l-Artikolu 11(1) u (2) tal-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR 1975), ta' l-14 ta' Novembru 1975, għandu jinftiehem fis-sens li t-terminu stabbilit f'dan ir-regolament għandu japplika biss għall-preżentazzjoni tal-prova tar-regolarità tat-trasport, iżda mhux għall-preżentazzjoni tal-prova dwar il-post fejn seħħ il-ksur jew l-irregolarità?
3)
L-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1593/91 tat-12 ta' Ġunju 1991, interpretat fid-dawl ta' l-Artikolu 11(1) u (2) tal-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR 1975), ta' l-14 ta' Novembru 1975, għandu jinftiehem fis-sens li, safejn it-terminu stabbilit f'dan ir-regolament għandu japplika wkoll għall-preżentazzjoni tal-prova dwar il-post li fih seħħ il-ksur jew l-irregolarità, dan it-terminu mhuwiex terminu perentorju u s-sid tal-carnet jista' jipprovdi din il-prova anki wara li jkun skada t-terminu nniffsu?
Full & Egal Universal Law Academy