19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/11
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Amtsgericht Büdingen (il-Ġermanja) fit-18 ta' April 2008 — Proċeduri kriminali kontra Guido Weber
(Kawża C-166/08)
(2008/C 183/21)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Büdingen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staatsanwaltschaft b.d. LG Gießen
Konvenut: Guido Weber
Domandi preliminari
Il-kunċett ta' “dawk li huma soġġetti għal spezzjoni” li jinsab fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 89/397/KEE (1) tal-Kunsill, ta' l-14 ta' Ġunju 1989, dwar il-kontroll uffiċjali ta' oġġetti ta' l-ikel, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jirreferix biss għall-produttur, iżda wkoll għal kull persuna li tqiegħed fis-suq l-oġġett ta' l-ikel in kwistjoni, safejn din għandha tinżamm responsabbli mill-awtoritajiet ta' prosekuzzjoni għall-istat ta' dan l-oġġett ta' l-ikel jew għall-ittikkettjar tiegħu fi proċedimenti kriminali jew amministrattivi?
(1) ĠU L 186, p. 23.
Full & Egal Universal Law Academy