19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België fil-21 ta' April 2008 — Draka NK Cables Ltd, AB Sandvik International, VO Sembodja BV u Parc Healthcare International Limited vs Omnipol Ltd
(Kawża C-167/08)
(2008/C 183/22)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Draka NK Cables Ltd, AB Sandvik International, VO Sembodja BV u Parc Healthcare International Limited
Konvenuta: Omnipol Ltd
Domandi preliminari
Id-debitur li jressaq kawża f'isem u fl-interess tad-debitur tiegħu, għandu jiġi kkunsidrat bħala parti fis-sens ta' l-Artikolu 43(1) tar-Regolament dwar il-Konvenzjoni ta' Brussell (1), jiġifieri parti li tista' tressaq appell kontra deċiżjoni fuq talba għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà, anki jekk ma jkunx intervjena formalment bħala parti fil-proċeduri li fihom kreditur ieħor ta' dan id-debitur talab għal din id-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU 2001, L 12, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy