2.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 197/2
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (l-Olanda) fit-23 ta'April 2008 — H.J. Nijemeisland vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
(Kawża C-170/08)
(2008/C 197/03)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het Bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: H. J. Nijemeisland
Konvenuta: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
Domanda preliminari
L-Artikolu 3 bis tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 (1), moqri flimkien ma' l-Artikolu 2(r) u (s) tar-Regolament (KE) Nru 2419/2001 (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa intiż biss sabiex jevita li tnaqqis jew esklużjoni ikun wieħed permanenti, skond ir-Regolament (KE) Nru 2419/2001, jew japplika wkoll fil-każijiet ta' tnaqqis jew esklużjonijiet implementati skond regolamenti oħra?
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004, tal-21 ta' April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa (ĠU L 141, p. 1).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001, tal-11 ta' Diċembru ta' l-2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta' kontroll għal ċerti skemi ta' għajnuna tal-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3508/92 (ĠU L 327, p. 11).
Full & Egal Universal Law Academy