19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (L-Olanda) fil-25 ta' April 2008 — Kloosterboer Services BV tegen Inspecteur van de Belastingdienst vs Douane Rotterdam, kantoor Laan op Zuid
(Kawża C-173/08)
(2008/C 183/24)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof te Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kloosterboer Services BV
Konvenuta: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Rotterdam, kantoor Laan op Zuid
Domandi preliminari
1.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/2004 (1) ta' l-1 ta' Marzu 2004 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda huwa validu biss safejn, skond dan ir-regolament, is-subintestatura 8414 59 30 tan-Nomenklatura Magħquda tkopri l-oġġetti deskritti fil-paragrafu 2.7 (2) iktar 'il fuq?
2.
Jekk ir-Regolament huwa invalidu, it-Tariffa Doganali Komuni tista' tiġi interpretata li tfisser li dawk l-oġġetti għandhom jiġu kklassifikati bħala “Bċejjeċ u accessorji tal-magni ta' l-intestatura 8471” kif imsemmija fis-subintestatura 8473 30 90 tan-NM?
(1) ĠU L 64, p. 21.
(2) Il-prodotti huma magħmula minn żewġ elementi: l-hekk imsejjaħ heatsink u fann, li huma pemanentement konnessi u b'hekk jiffurmaw unità waħda.
Full & Egal Universal Law Academy