21.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 158/14
Rikors ippreżentat fid-29 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija
(Kawża C-181/08)
(2008/C 158/21)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: V. Kreuschitz, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Awstrija
Talbiet
—
tiddikjara li, peress li ma adottatx id-dispożizzjonijet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi sabiex tikkonforma mad-Direttiva 2003/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta' Marzu 2003, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/477/KEE dwar il-protezzjoni ta' ħaddiema minn riskji relatati ma' l-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (1), jew peress li ma kkomunikatx tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika ta' l-Awstrija naqset mill-obbligi imposti fuqha bis-saħħa ta' l-Artikolu 2(1) ta' l-imsemmija direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika ta' l-Awstrija għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fil-15 ta' April 2006.
(1) ĠU L 97, p. 48.
Full & Egal Universal Law Academy