21.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 158/14
Rikors ippreżentat fid-29 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-184/08)
(2008/C 158/22)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver u J.-B. Laignelot, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet
—
tistabbilixxi li billi ma adottax sanzjonijiet skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta' Marzu 2004, dwar diterġenti (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma infurmax lill-Kummissjoni b'dan, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 18(1) u (2), ta' dan ir-regolament;
—
tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Skond l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 648/2004, l-Istati Membri għandhom jadottaw mhux aktar tard mit-8 ta' Ottubru 2005 sanzjonijiet disswasivi, effettivi u proporzjonati, li għandhom jiġu applikati fil-każ ta' ksur ta' l-imsemmi regolament, u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan. Fid-data ta' l-introduzzjoni tar-rikors preżenti, il-konvenut kien għadu ma adottax sanzjonijiet skond l-Artikolu ċċitat jew, għall-inqas, ma kienx informa lill-Kummissjoni b'dan.
(1) ĠU L 104, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy