2.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 197/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank 's-Gravenhage (L-Olanda) fid-29 ta' April 2008 — Latchways plc u Eurosafe Solutions BV vs Kedge Safety Systems BV u Consolidated Nederland BV
(Kawża C-185/08)
(2008/C 197/10)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank 's-Gravenhage
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Latchways plc u Eurosafe Solutions BV
Konvenuta: Kedge Safety Systems BV u Consolidated Nederland BV
Domandi preliminari
1)
L-ankraġġi tal-klassi A1 imsemmija fl-Istandard Ewropew EN 795 (intiżi li jibqgħu fil-post b'mod permanenti) jaqgħu esklużivament taħt id-Direttiva 89/106/KE (1)?
2)
Jekk l-ewwel domanda tagħti risposta negattiva, dawn l-ankraġġi — jekk ikun il-każ iktar 'il quddiem bħala apparat ta' protezzjoni — jaqgħu taħt id-Direttiva 89/686/KEE (2)?
3)
Jekk l-ewwel u t-tieni domandi jagħtu risposta negattiva: fid-dawl b'mod partikolari ta' l-Anness II tad-Direttiva 89/686/KEE, b'mod partikolari tal-punt 3.1.2.2. tagħha, għandu wieħed — fid-dawl ta' apparat personali protettiv suġġett għal din id-direttiva — jevalwa jekk dan l-apparat personali protettiv jissoddisfax fih innifsu r-rekwiżiti essenzjali ta' din id-direttiva jew għandu jiġi eżaminat f'dan l-istess kuntest jekk l-ankraġġ — li miegħu huwa konness l-apparat personali protettiv — jipprovdix protezzjoni fil-kundizzjonijiet ta' użu pprovduti f'dan l-Anness II?
4)
Il-leġiżlazzjoni Komunitarja u b'mod partikolari d-Deċiżjoni 93/465/KEE (3) tippermetti li wieħed iqiegħed b'mod fakultattiv il-marka ta' konformità “KE” fuq ankraġġ bħal dak imsemmi fl-ewwel domanda, bħala sempliċi prova tal-konformità ta' dan l-ankraġġ mad-Direttiva 89/686/KEE u/jew id-Direttiva 89/106/KEE?
5)
Jekk tingħata risposta affermattiva, kemm kollha jew parzjalment, għar-raba' domanda: liema hi l-proċedura li għandha tiġi osservata jew liema huma l-proċeduri li għandhom jiġu osservati sabiex tiġi ddeterminata l-konformità fid-dawl tad-Direttiva 89/686/KEE u/jew tad-Direttiva 89/106/KE?
6)
Fid-dawl ta' l-ankraġġi msemmija fl-ewwel domanda, l-Istandard Ewropew EN 795 għandu jiġi kkwalifikat bħala dritt Komunitarju — suġġett għall-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej?
7)
Jekk tingħata risposta affermattiva għas-sitt domanda, l-Istandard Ewropew EN 795 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ankraġġ bħal dak imsemmi fl-ewwel domanda għandu jiġi ttestjat (minn organu nnotifikat) skond il-kundizzjonijiet ta' l-użu pprovduti (temperatura esterna, ċirkustanzi atmosferiċi, reżistenza ta' l-ankraġġ innifsu u/jew ta' l-elementi għat-twaħħil tiegħu kif ukoll tas-saqaf?
8)
Jekk tingħata risposta affermattiva għas-seba' domanda, it-test għandu jsir billi jiġu osservati r-restrizzjonijiet ta' l-użu (li jinsabu fil-kundizzjonijiet ta' l-użu)?
(1) Direttiva tal-Kunsill, 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989, dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (ĠU 1989, L 40, p. 12).
(2) Direttiva tal-Kunsill, 89/686/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (ĠU L 399, p. 18).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill, 93/465/KEE tat-22 ta' Lulju 1993, dwar il-moduli għall-fażijiet diversi tal-proċeduri ta'valutazzjoni tal-konformità u r-regoli għat-twaħħil u għall-użu tal-marka ta' konformità KE li huma maħsubin sabiex jintużaw fid-direttivi ta' armonizzazzjoni teknika (ĠU L 220, p. 23).
Full & Egal Universal Law Academy