21.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 158/15
Rikors ippreżentat fil-5 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-187/08)
(2008/C 158/23)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima u J.-B. Laignelot, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
—
tikkonstata li billi m'adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni ta' l-enerġija tal-bini (1), u, f'kull każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 15 ta' din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2002/91/KE skada fl-4 ta' Jannar 2006. Madankollu, fid-data li fiha tressaq dan ir-rikors, il-konvenut ma kienx għadu adotta l-miżuri neċessarji sabiex jittrasponi d-Direttiva fir-rigward tar-Reġjun tal-Vallonja jew, f'kull każ, huwa ma kienx ikkomunika l-imsemmija miżuri lill-Kummissjoni.
(1) ĠU 2003, L 1, p. 65.
Full & Egal Universal Law Academy