19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/13
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad (L-Olanda) fit-8 ta' Mejju 2008 — Zuid-Chemie BV vs Philippo's Mineralenfabriek N.V./S.A., illum PMF Productions
(Kawża C-189/08)
(2008/C 183/25)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Zuid-Chemie BV.
Konvenuta: Philippo's Mineralenfabriek N.V./S.A.
Domandi preliminari
a)
Fil-każ ta' ħtija bħal dik li fuqu bbażat il-pretensjoni tagħha Zuid-Chemie, x'dannu għandu jiġi kkunsidrat bħala d-dannu inizjali li jirriżulta minn din il-ħtija: id-dannu li jseħħ minħabba l-kunsinna ta' prodotti difettużi jew id-dannu li jseħħ minħabba l-użu normali tal-prodott għall-finijiet li għalihom huwa intiż?
b)
Fit-tieni sitwazzjoni, allura l-post fejn dan id-dannu seħħ jista' jkun ikkunsidrat bħala l-“post fejn l-effett tal-ħsara [l-avveniment dannuż] jkun twettaq” skond l-Artikolu 5(3) tar-Regolament 44/2001 (1) biss jekk id-dannu jikkonsisti f'dannu fiżiku lill-persuni jew oġġetti jew dan huwa possibbli wkoll meta (f'dan l-istadju) ikun seħħ biss dannu finanzjarju?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU 2001, L 12, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy