5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/26
Rikors ippreżentat fis-7 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Olanda
(Kawża C-190/08)
(2008/C 171/40)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande u R. Troosters, bħala aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' l-Olanda
Talbiet
—
tiddeċiedi li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta' April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (1), jew, f'kull każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Renju ta' l-Olanda naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu skond id-direttiva in kwistjoni;
—
tikkundanna lir-Renju ta' l-Olanda għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/83/KE skada fl-10 ta' Ottubru 2006.
(1) ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.
Full & Egal Universal Law Academy