5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/27
Rikors ippreżentat fis-7 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-191/08)
(2008/C 171/41)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande u A. Caeiros, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha ma' l-Artikolu 38(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (1) tad-29 ta' April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-10 ta' Ottubru 2006.
(1) ĠU L 304, p. 12.
Full & Egal Universal Law Academy