2.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 197/9
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Verwaltungsgerichtshofs (L-Awstrija) fid-9 ta' Mejju 2008 — Dr. Susanne Gassmayr vs Bundesministerin für Wissenschaft und Forschung
(Kawża C-194/08)
(2008/C 197/13)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dr. Susanne Gassmayr
Konvenut: Bundesministerin für Wissenschaft und Forschung
Domandi preliminari
1)
1.
L-Artikolu 11(1), (2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (1) (ĠU L 348, p. 1) għandu effett dirett?
2.
Fil-każ ta' risposta affermattiva, id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar 'il fuq għandhom jiġu mifhuma bħala li joħolqu, matul il-perijodu li fih in-nisa tqal huma pprojbiti milli jaħdmu u/jew matul il-leave tal-maternità tagħhom, dritt għaż-żamma tal-ħlas ta' allowance għal perijodi ta' xogħol ta' għassa ?
3.
Dan japplika meta l-Istat Membru ddeċieda li jistabbilixxi sistema ta' żamma ta' “remunerazzjoni” li tinkludi, fil-prinċipju, id-dħul totali tax-xogħol, bl-eċċezzjoni madankollu ta' l-hekk imsejħa (skond l-Artikolu 15 tal-Liġi Awstrijaka fuq is-salarji ta' l-1956) ħlasijiet addizzjonali dovuti għal servizzi pprovduti (marbuta max-xogħol imwettaq) bħall-“allowance għal perijodi ta' xogħol ta' għassa” in kwistjoni hawnhekk?
2)
Jekk id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar 'il fuq m'għandhomx effett dirett, dawn għandhom ikunu trasposti mill-Istati Membri b'tali mod li ħaddiema li, matul il-perijodu li fih in-nisa tqal huma pprojbiti milli jaħdmu u/jew matul il-leave tal-maternità, ma tipprovdix iktar servizzi ta' xogħol ta' għassa, għandha tkun intitolata għal dritt għaż-żamma tal-ħlas ta' l-allowance li tikkorrispondi għal tali servizzi?
(1) ĠU L 348, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy