2.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 197/9
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (L-Italja) fl-14 ta' Mejju 2008 — Acoset SpA vs Conferenza Sindaci e Presidenza Prov. Reg. ATO Idrico Ragusa et
(Kawża C-196/08)
(2008/C 197/14)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Acoset SpA.
Konvenuti: Conferenza Sindaci e Presidenza Prov. Reg. ATO Idrico Ragusa et
Domanda preliminari
Mudell ta' kumpannija mħallta pubblika-privata stabbilita speċifikament għall-provvista ta' servizz pubbliku partikolari ta' tip industrijali u b'għan wieħed, li hija direttament attribwita s-servizz in kwistjoni, li fiha is-soċju privat ta' tip “industrijali” u “operattiv” huwa magħżul permezz ta' proċedura kompetittiva, wara verifika kemm tal-kundizzjonijiet finanzjarji u tekniċi kif ukoll tal-kundizzjonijiet ta' l-operat u tal-ġestjoni li jirrigwardaw is-servizz li għandu jitwettaq u s-servizzi speċifiċi li għandhom jiġu pprovduti, huwa konformi mad-dritt Komunitarju, u b'mod partikolari, ma' l-obbligi ta' trasparenza u ta' kompetizzjoni libera previsti fl-Artikoli 43, 49 u 86 tat-Trattat?
Full & Egal Universal Law Academy