2.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 197/11
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-19 ta' Mejju 2008 — Peter Rehder vs Air Baltic Corporation
(Kawża C-204/08)
(2008/C 197/18)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Peter Rehder
Konvenuta: Air Baltic Corporation
Domandi preliminari
1)
It-tieni inċiż ta' l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li hemm lok, anki fil-każ ta' vjaġġi bl-ajru minn Stat Membru tal-Komunità għal Stat Membru ieħor tal-Komunità, li jiġi kkunsidrat li jeżiti post ta' eżekuzzjoni wieħed għas-servizzi kollha li jirriżultaw mill-kuntratt u li dan jinstab fil-post tas-servizz prinċipali li għandu jiġi ddeterminat skond kriterji ekonomiċi?
2)
Jekk għandu jiġi ddeterminat post ta' eżekuzzjoni wieħed: liema huma l-kriterji rilevanti għal tali determinazzjoni; il-post ta' eżekuzzjoni wieħed għandu jiġi evalwat, b'mod partikolari, skond il-post tat-tluq jew il-post tal-wasla ta' l-ajruplan?
(1) ĠU 2001 L 12, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy