15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/21
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Umweltsenat (l-Awstrija) fid-19 ta' Mejju 2008 — Umweltanwalt ta' Kärnten vs Il-Gvern tal-Land ta' Kärnten u Alpe Adria Energia SpA
(Kawża C-205/08)
(2008/C 209/30)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Umweltsenat (l-Awstrija).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Umweltanwalt ta' Kärnten.
Konvenuti: Il-Gvern tal-Land ta' Kärnten u Alpe Adria Energia SpA
Domanda preliminari
Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1), kif emendata bid- Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE tat-3 ta' Marzu 1997 li temenda d-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (2) u bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (3), għandha tiġi interpretata fis-sens li, Stat Membru huwa marbut jipprovdi għal obbligu li ssir stima tat-tipi ta' proġetti elenkati fl-Anness I tad-direttiva, b'mod partikolari fil-punt 20 (Bini ta' kejbils ta' l-elettriku fil-għoli b'vultaġġ ta' 220 kV jew iktar u tul ta' aktar minn 15-il kilometru), anki għal dak li jikkonċerna impjant proġettat fit-territorju ta' żewġ Stati Membri jew aktar meta l-limitu li jagħti lok għall-obbligu li ssir stima (f'dan il-każ it-tul ta' aktar minn 15-il kilometru) ċertament mhuwiex milħuq mill-parti ta' l-impjant li tinsab fit-territorju tiegħu iżda, min-naħa l-oħra, jintlaħaq, saħansitra jinqabeż, jekk tiġi inkluża l-parti ta' l-impjant proġettat li tinsab fit-territorju ta' l-Istat Membru ġar jew ta' Stati Membri ġirien?
(1) ĠU L 175, p. 40.
(2) ĠU L 73, p. 5.
(3) ĠU L 156, p. 17.
Full & Egal Universal Law Academy