15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Panevėžio Apygardos Teismas (Ir-Repubblika ta' Litwanja) fl-20 ta' Mejju 2008 — Proċeduri kriminali kontra Edgar Babanov
(Kawża C-207/08)
(2008/C 209/31)
Lingwa tal-kawża: Il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Panevėžio Apygardos Teismas
Parti fil-kawża prinċipali
Edgar Babanov
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 265 tal-Kodiċi Kriminali Litwan, safejn jissanzjona kriminalment b'mod inkondizzjonat u mingħajr eċċezzjoni l-kultivazzjoni ta' kull tip ta' qanneb, indipendentement mill-kontenut ta' sustanzi attivi, għandu jiġi kkunsidrat bħala li jmur kontra dispożizzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, u jekk iva, liema huma dawn id-dispożizzjonijiet?
2)
F'każ ta' risposta affermattiva, qorti Litwana tista' tieħu deċiżjoni li tapplika l-liġi nazzjonali, jiġifieri l-Artikolu 265 tal-Kodiċi Kriminali Litwan, jekk il-kontenut ta' sustanzi attivi tal-qanneb ikkultivat ma jaqbiżx iż-0.2 %?
Full & Egal Universal Law Academy