5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/28
Rikors ippreżentat fl-20 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-209/08)
(2008/C 171/44)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: Maria Condou Durande, aġent)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata li billi m'adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE, tad-29 ta' April 2004, dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkoperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti (1) jew, f'kull każ, billi ma kkomunikax l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 17 ta' din id-direttiva;
—
tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fil-5 ta' Awwissu 2006. Fid-data li fiha tressaq dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma kienx ħa l-miżuri neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva jew, f'kull każ, ma kienx avża lill-Kummissjoni bihom.
(1) ĠU L 261, p. 19.
Full & Egal Universal Law Academy