19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/15
Appell ippreżentat fil-21 ta' Mejju 2008 minn Sebirán, S.L. mis-sentenza mogħtija fit-12 ta' Marzu 2008 mill-Qorti tal-Prim' Istanza (Ir-Raba' Awla) fil-Kawża T-332/04, Sebirán, S.L. vs UASI u El Coto de Rioja, S.A.
(Kawża C-210/08 P)
(2008/C 183/29)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Sebirán, SL (rappreżentanti: J. Calderón Chavero u T. Villate Consonni, avukati)
Appellat: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) u El Coto De Rioja, S.A.
Talbiet ta' l-appellanti
—
tannulla s-sentenza tar-Raba' Awla tal-Qorti tal-Prim'Istanza mogħtija fit-12 ta' Marzu 2008 fil-Kawża T-332/04 u tipprovdi espressament li t-trade marks EL COTO/COTO DE IMAZ (minn naħa) u COTO D'ARCIS (min-naħa l-oħra) huma kompatibbli;
—
tqassam l-ispejjeż skond id-dritt.
Aggravji u argumenti prinċipali
Nuqqas ta' qbil dwar l-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza: Sebirán tikkunsidra li t-trade mark Komunitarja ma taqax taħt il-projbizzjoni li tinsab fl-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (1), peress li, fil-każ ta' oppożizzjoni mill-proprjetarju ta' trade mark preċedenti, jiġifieri t-trade marks Komunitarji EL COTO u COTO DE IMAZ f'dan il-każ, mhemmx lok li tiġi rrifjutata l-aktar trade mark reċenti peress li għall-finjiet tar-regola ta' projbizzjoni, hija tibqa' suffiċjentement distinta mit-trade marks preċedenti għalkemm il-prodotti jew servizzi identifikati minnha u t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni huma globalment identiċi jew jixxiebhu. Fuq kollox, ma teżisti ebda probabbiltà ta' konfużjoni min-naħa tal-pubbliku fit-territorju kollu ta' l-Unjoni Ewropea. Din il-probabbiltà ta' konfużjoni ma tinkludix ir-riskju ta' assoċjazzjoni mat-trade mark preċedenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy