2.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 197/13
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale ordinario di Milano (l-Italja) fit-22 ta' Mejju 2008 — Rita Mariano vs Istituto nazionale per l'assicurazione contro gli infortuni sul lavoro (INAIL)
(Kawża C-217/08)
(2008/C 197/22)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale ordinario di Milano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rita Mariano
Konvenut: Istituto nazionale per l'assicurazione contro gli infortuni sul lavoro (INAIL)
Domanda preliminari
L-Artikoli 12 u 13 tat-Trattat KE jipprekludu l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 tad-DPR Nru 1124/1965 li jipprovdi li, fil-każ ta' mewt minħabba inċident, il-benefiċċju ta' l-INAIL jingħata biss lill-konjuġi, bir-rata ta' 50 %, u li l-iben minuri jirċievi biss 20 % tal-benefiċċju?
Full & Egal Universal Law Academy