2.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 197/13
Rikors ippreżentat fit-22 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-218/08)
(2008/C 197/23)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima u D. Recchia, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
—
tikkonstata li billi ma fasslitx pjanijiet ta' emerġenza esterni għall-istabbilimenti kollha li għalihom huma rikjesti dawn il-pjanijiet, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi imposti mill-Artikolu 11(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (1) tad-9 ta' Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta'perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi, kif emendata mid-Direttiva 2003/105/KE (2);
—
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Id-Direttiva Seveso II għandha l-għan li tipprevjeni l-inċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi partikolari filwaqt li tillimita l-konsegwenzi tagħhom għall-bniedem u għall-ambjent. Huwa ċar li t-tfassil tal-pjanijiet ta' emerġenza esterni huwa dispożizzjoni fundamentali ta' din id-direttiva: dan it-tfassil jippermetti li fil-każ ta' inċident, jiġu adottati miżuri ta' urġenza sabiex jiġi limitati l-konsegwenzi ta' l-inċident.
L-Artikolu 11 għandu japplika, minħabba r-riferenza magħmula għall-Artikolu 9 u għall-Artikolu 2 tad-direttiva, għall-istabbilimenti kollha li fihom kwantitajiet ta' sustanzi li huma indaqs jew iktar minn dawk indikati fit-tielet kolonna ta' l-ewwel u t-tieni partijiet ta' l-Anness I.
L-awtoritajiet Taljani jikkonfermaw permezz ta' dokumenti li jipprovdu huma stess li mhux l-istabbilimenti kollha li suppost ikollhom pjanijiet ta' emerġenza esterni għandhom effettivament dawn il-pjanijiet.
(1) ĠU 1997 L 10, p. 13.
(2) ĠU L 345, p. 97.
Full & Egal Universal Law Academy