30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/20
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Audiencia Provincial de Salamanca (Spanja) fis-26 ta' Mejju 2008 — Eva Martín Martín vs EDP Editores, S.L. u Juan Caballo Bueno
(Kawża C-227/08)
(2008/C 223/32)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Salamanca
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eva Martín Martín
Konvenuti: EDP Editores, S.L. u Juan Caballo Bueno
Domandi preliminari
L-Artikolu 153 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, flimkien ma' l-Artikoli 3 KE u 95 KE, kif ukoll ma' l-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea u mad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE (1), ta' l-20 ta' Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-qorti, adita b'appell kontra sentenza mogħtija fl-ewwel istanza, tiddikjara ex officio n-nullità ta' kuntratt li jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-direttiva, meta fl-ebda mument ma ntalbet din in-nullità mill-konsumatur konvenut, la fil-kuntest ta' l-oppożizzjoni tiegħu għall-proċeduri għal ordni ta' ħlas fis-seduta u lanqas fl-appell?
(1) ĠU L 372, p. 31 — EE 15/06, p. 131.
Full & Egal Universal Law Academy