2.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 197/14
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Østre Landsret (Id-Danimarka) fit-28 ta' Mejju 2008 — Dansk Transport og Logistik vs Skatteministeriet
(Kawża C-230/08)
(2008/C 197/24)
Lingwa tal-kawża: Id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dansk Transport og Logistik
Konvenut: Skatteministeriet
Domandi preliminari
1)
L-espressjoni “jinqabdu … u jiġu fl-istess waqt jew sussegwentement konfiskati” (1) li tinsab fl-Artikolu 233d tal-Kodiċi Doganali għandha tiġi interpretata li tfisser li d-dispożizzjoni tkopri sitwazzjonijiet li fihom merkanziji miżmuma taħt l-ewwel sentenza tal-Paragrafu 83(1) tal-Liġi Doganali dwar importazzjoni illegali huma fl-istess waqt jew sussegwentement meqruda mill-awtoritajiet doganali meta jkunu għadhom fil-pussess ta' l-awtoritajiet?
2)
Id-Direttiva Sistema (2) għandha tiġi interpretata li tfisser li merkanzij importati illegalment li jinqabdu meta jiġu importati jew jiġu fl-istess waqt jew sussegwentement meqruda għandhom jiġu meqjusa li tpoġġew taħt “arranġament ta' sospensjoni” bl-effett li d-dazju tas-sisa m'huwiex inkors jew jingħalaq (ara l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva Sistema, moqrija flimkien ma' l-Artikoli 84(1) u 98 tal-Kodiċi Doganali, (3) u l-Artikolu 876a tad-dispożizzjonijiet implementattivi)? Ir-risposta hija affettwata mill-fatt jekk dejn doganali inkors fuq tali importazzjoni illegali jingħalaqx jew le taħt l-Artikolu 233d tal-Kodiċi Doganali?
3)
Is-Sitt Direttiva (4) għandha tiġi interpretata li tfisser li merkanziji importati illegalment li jinqabdu meta jiġu importati u li jiġu fl-istess waqt jew sussegwentement meqruda mill-awtoritajiet għandhom jiġu meqjusa li tpoġġew taħt “proċedura ta' magazzinaġġ doganali” bl-effett li d-dejn tal-VAT m'huwiex inkors jew jingħalaq (Ara l-Artikoli 7(3), 10(3) u 16(1)(B)(c) tas-Sitt Direttiva u l-Artikolu 876a tad-dispożizzjonijiet implementattivi)? Ir-risposta hija affettwata mill-fatt jekk id-dejn doganali inkors fuq tali importazzjoni illegali jingħalaqx jew le taħt l-Artikolu 233d tal-Kodiċi Doganali?
4)
Il-Kodiċi Doganali, id-dispożizzjonijiet implementattivi u s-Sitt Direttiva għandhom jiġu interpretati li jfissru li l-awtoritajiet doganali fl-Stat Membru fejn importazzjoni illegali ta' merkanziji matul operazzjoni TIR hija skoperta huma kompetenti li jimponu dazju doganali, dazju tas-sisa u VAT fuq l-operazzjoni meta l-awtoritajiet fi Stat Membru ieħor, fejn seħħet l-importazzjoni illegali lejn il-Komunità, ma skoprewx l-irregolarità u konsegwentement ma mponewx dazju doganali, dazju tas-sisa u VAT (ara l-Artikolu 215 tal-Kodiċi Doganali, moqri flimkien ma' l-Artikolu 217 tiegħu, l-Artikolu 454(2) u (3) tad-dispożizzjonijiet implementattivi fis-seħħ dak iż-żmien, u l-Artikolu 7 tas-Sitt Direttiva)?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 30, 19.10.1992).
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta' dan it-tip ta' prodotti (ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1).
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi [jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità] (ĠU L 111, 29.4.1999, p. 88).
(4) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy