15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/26
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fit-30 ta' Mejju 2008 — Milan Kyrian vs Celní úřad Tábor
(Kawża C-233/08)
(2008/C 209/38)
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Milan Kyrian
Konvenut: Celní úřad Tábor
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 12(3) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 76/308/KEE (1) tal-15 ta' Marzu 1976 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' krediti rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk jitressaq quddiem il-qorti ta' Stat Membru li fih l-awtorità mitluba tkun tinsab rikors intiż kontra miżuri ta' rkupru, din il-qorti hija kompetenti li tivverifika, skond il-liġijiet u r-regolamenti ta' dan l-Istat Membru, jekk it-titolu li jippermetti l-eżekuzzjoni ta' l-irkupru (titolu) huwiex eżegwibbli u jekk dan ġiex regolament innotifikat lid-debitur?
2)
Mill-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, b'mod partikulari mill-prinċipju tad-dritt għal smigħ xieraq, mill-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u mill-prinċipju ta' l-Istat tad-dritt, jirriżulta li n-notifika tat-titolu li jippermetti l-eżekuzzjoni ta' l-irkupru (titolu) lid-debitur f'lingwa għajr dik li huwa jifhem u li lanqas hija l-lingwa uffiċjali ta' l-Istat li fih it-titolu huwa nnotifikat lid-debitur hija vvizjata b'nuqqas li jippermetti li jiġi rrifjutat l-irkupru abbażi ta' tali titolu?
(1) ĠU L 73, p. 18.
Full & Egal Universal Law Academy