19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/16
Rikors ippreżentat fit-2 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-239/08)
(2008/C 183/33)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: C. Huvelin, aġent)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE, ta' l-20 ta' Novembru 2006, li adattat ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (1) u, fi kwalunkwe każ, billi naqas milli jikkomunikahom lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 2 ta' din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/100/KE skada fid-data ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri fl-1 ta' Jannar 2007. Sad-data li fiha ġie ppreżentat ir-rikors, ebda miżura ta' traspożizzjoni neċessarja kienet għadha ma ġiet adottata jew kkomunikata lill-Kummissjoni mill-konvenut.
(1) ĠU L 363, p. 141.
Full & Egal Universal Law Academy