30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fl-4 ta' Ġunju 2008 — Swiss Re Germany Holding GmbH vs Finanzamt München für Körperschaften
(Kawża C-242/08)
(2008/C 223/36)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Swiss Re Germany Holding GmbH
Konvenuta: Finanzamt München für Körperschaften
Domandi preliminari
1)
Id-dispożizzjonijiet tal-ħames inċiż ta' l-Artikolu 9(2)(e) u ta' l-Artikolu 13B (a) u (d)(2) u (3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trasferiment ta' kuntratt ta' ri-assigurazzjoni fuq il-ħajja bi ħlas lil akkwirent li abbażi tiegħu, bil-kunsens tal-persuna assigurata, l-imsemmi akkwirent jassumi l-attivitajiet eżenti ta' ri-assigurazzjoni li qabel kienu eżerċitati mill-assiguratur preċedenti, billi jesegwixxi minfloku s-servizzi ta' assigurazzjoni, għandu jiġi kkunsidrat bħala:
(a)
operazzjoni ta' assigurazzjoni jew bankarja fis-sens tal-ħames inċiż ta' l-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, jew
(b)
transazzjoni ta' ri-assigurazzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 13B(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, jew
(ċ)
transazzjoni li essenzjalment tikkonsisti, minn naħa, fl-assunzjoni eżenti ta' obbligu u, min-naħa l-oħra, fi transazzjoni eżenti li tikkonċerna d-debiti, skond l-Artikolu 13B(d)(2) u (3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ?
2)
Ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti jekk il-ħlas għat-trasferiment ma jsirx mill-akkwirent iżda mill-assiguratur preċedenti?
3)
Jekk tingħata risposta negattiva għall-alternattivi (a), (b) u (ċ) ta' l-ewwel domanda, l-Artikolu 13B(ċ) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ għandu jiġi interpretat fis-sens li
—
it-trasferiment bi ħlas ta' kuntratti ta' ri-assigurazzjoni fuq il-ħajja jikkostitwixxu provvista ta' oġġetti u
—
bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 13B(ċ) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, m'għandha ssir l-ebda distinzjoni skond jekk il-post fejn jitwettqu l-attivitajiet eżenti jinsabx fl-Istat Membru fejn ssir il-provvista ta' l-oġġetti jew fi Stat Membru ieħor?
(1) ĠU L 145, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy