27.9.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 247/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budaörsi Városi Bíróság (l-Ungerija) fit-2 ta' Ġunju 2008 — Pannon GSM Zrt. vs Sustikné Győrfi Erzsébet
(Kawża C-243/08)
(2008/C 247/03)
Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Budaörsi Városi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pannon GSM Zrt.
Konvenuta: Sustikné Győrfi Erzsébet
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur (1), li jgħid li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f'kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li l-konsumatur mhuwiex marbut minn klawżola inġusta inkluża minn bejjiegħ jew fornitur ma jirriżultax espliċitament mil-liġi, iżda huwa impliċitu li l-konsumatur għandu jikkontesta b'suċċess l-imsemmija klawżola inġusta billi jippreżenta talba f'dan ir-rigward?
2)
Il-protezzjoni li d-Direttiva 93/13/KEE tagħti lill-konsumaturi tirrikjedi li l-qorti nazzjonali tagħti deċiżjoni ex officio, anki fin-nuqqas ta' deċiżjoni f'dan ir-rigward, jiġifieri mingħajr ma n-natura inġusta tal-klawżola ma tkun ġiet invokata — u tkun liema tkun in-natura, kontenzjuża jew bonarja, tal-proċedura -, fil-konfront tan-natura inġusta ta' klawżola kuntrattwali li titressaq quddiemha, u li hija teżamina ex officio, fil-kuntest tal-verifika tal-ġurisdizzjoni territorjali tagħha stess, il-klawżola inkluża mill-bejjiegħ jew fornitur?
3)
Fil-każ ta' risposta affermattiva għat-tieni domanda, liema huma l-elementi li l-qorti nazzjonali għandha tieħu in kunsiderazzjoni u tevalwa fil-kuntest ta' dan l-eżami?
(1) ĠU 1993 L 95, p. 29.
Full & Egal Universal Law Academy