2.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 197/16
Rikors ippreżentat fis-16 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq
(Kawża C-256/08)
(2008/C 197/27)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. O'Reilly u M. Condou-Durande, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq
Talbiet
—
tiddikjara li, billi naqas milli jadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (1) tad-29 ta' April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija jew, fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fl-10 ta' Ottubru 2006.
(1) ĠU L 304, p. 12.
Full & Egal Universal Law Academy