15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/35
Rikors ippreżentat fid-19 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-266/08)
(2008/C 209/52)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande u E. Adsera Ribera, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE (1), dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 17 ta' din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju ta' l-Ispanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu mogħti sabiex id-Direttiva 2004/81/KE tiġi trasposta fid-dritt intern skada fil-5 ta' Awwissu 2006.
(1) ĠU L 261, p. 19.
Full & Egal Universal Law Academy