2.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 197/16
Rikors ippreżentat fl-20 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Malta
(Kawża C-269/08)
(2008/C 197/28)
Lingwa tal-kawża: Il-Malti
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande u K. Xuereb, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta' Malta
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (1) tad-29 ta' April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija jew, f'kull każ, billi ma nnotifikatx tali dispożizzjonijiet lilha, ir-Repubblika ta' Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika ta' Malta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-perijodu li fih id-direttiva kellha tiġi trasposta skada fl-10 ta' Ottubru 2006.
(1) ĠU L 304, p. 12.
Full & Egal Universal Law Academy