15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/35
Rikors ippreżentat fl-24 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Ungerija
(Kawża C-270/08)
(2008/C 209/53)
Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Wils u Bottka V., aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Ungerija
Talbiet
—
tikkonstata li r-Repubblika ta' l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 19 tad-Direttiva Nru 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) peress li ma adottat jew ikkomunikat lill-Kummissjoni ebda liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha ma' din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika ta' l-Ungerija għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni stipulat mid-direttiva skada fit-12 ta' Novembru 2007.
(1) ĠU L 149, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy