15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/35
Rikors ippreżentat fl-24 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-272/08)
(2008/C 209/54)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande u E. Adsera Ribera, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja
Talbiet tal-parti rikorrenti
—
tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (1) tad-29 ta' April 2004 dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkoperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti, u li, f'kull każ, billi ma kkomunikax l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 38 ta' din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju ta' l-Ispanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu mogħti sabiex id-Direttiva 2004/83/KE tiġi trasposta fid-dritt intern skada fl-10 ta' Ottubru 2006.
(1) ĠU L 304, p. 12.
Full & Egal Universal Law Academy