13.9.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 236/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif (il-Lussemburgu) fis-26 ta' Ġunju 2008 — Miloud Rimoumi, Gabrielle Suzanne Marie Prick vs Ministre des Affaires Étrangères et de l'Immigration
(Kawża C-276/08)
(2008/C 236/11)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal administratif
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Miloud Rimoumi, Gabrielle Suzanne Marie Prick
Konvenut: Ministre des Affaires Étrangères et de l'Immigration
Domanda preliminari
L-Artikoli 2(2)(a), 3(1) u 7(2) tad-Direttiva 2004/38/KE li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jkopru biss il-membri tal-familja li kisbu dan l-istatus qabel id-data li fiha ċ-ċittadin ta' l-Unjoni li jkollhom il-ħsieb jakkumpanjaw jew jingħaqdu miegħu jkun eżerċita d-dritt tiegħu għal moviment liberu mogħti lilu mill-Artikolu 39 tat-Trattat KE, jew, bil-kontra, kull ċittadin ta' l-Unjoni li jeżerċita d-dritt tiegħu għal moviment liberu u li huwa stabbilit fi Stat Membru ieħor għajr dak li huwa ċittadin tiegħu, għandu d-dritt li jingħaqad miegħu membru tal-familja tiegħu mingħajr ma dan ta' l-aħħar ikun suġġett għal kundizzjoni fir-rigward tal-waqt tal-ksib ta' dan l-istatus?
(1) Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/36/KEE (ĠU L 158, p. 77).
Full & Egal Universal Law Academy