30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/29
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 23 de Madrid (Spanja) fis-26 ta' Ġunju 2008 — Francisco Vicente Pereda vs Madrid Movilidad S.A.
(Kawża C-277/08)
(2008/C 223/45)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no 23 de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Francisco Vicente Pereda
Konvenuta: Madrid Movilidad S.A.
Domanda preliminari
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li meta l-perijodu ta' vakanzi stabbilit fil-kalendarju ta' vakanzi ta' l-impriża jaħbat fl-istess żmien ma' inkapaċità temporanja minħabba inċident tax-xogħol li seħħ qabel id-data prevista għall-bidu tiegħu, il-ħaddiem milqut, ladarba ċċertifikat li jista' jirritorna lura għax-xogħol, għandu dritt li jieħu l-vakanzi f'dati differenti minn dawk stabbiliti qabel, irrispettivament jekk kinitx konkluża jew le s-sena kalendarja li għaliha jikkorrispondu?
(1) Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti ta' l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.
Full & Egal Universal Law Academy