30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/30
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Obersten Gerichtshofs (l-Awstrija) fis-26 ta' Ġunju 2008 — Die BergSpechte Outdoor Reisen und Alpinschule Edi Koblmüller GmbH vs Günter Guni und Reisen GmbH
(Kawża C-278/08)
(2008/C 223/46)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Die BergSpechte Outdoor Reisen und Alpinschule Edi Koblmüller GmbH
Konvenuta: Günter Guni und Reisen GmbH
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 5(1) ta' l-ewwel Direttiva tal-Kunsill (89/104/KEE) tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40. p. 1; iktar 'il quddiem: direttiva 89/104) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li trade mark hija użata b'mod riżervat għall-proprjetaru tat-trade mark jekk it-trade mark jew sinjal simili magħha (per eżempju l-element verbali ta' trade mark figurattiva u verbali) jekk hija użata bħala keyword ma' operator ta' mutur ta' riċerka u li, konsegwentement, meta l-imsemmija trade mark hija ttajpjata bħala kelma ta' riċerka fil-mutur ta' riċerka in kwistjoni, jidher fuq l-iskrin riklam għal merkanzija jew servizzi identiċi jew simili?
2)
Jekk ir-risposta għad-domanda 1 hija f'affermattiv:
A)
Id-dritt ta' esklużività tal-proprejtaru tat-trade mark jinkiser meta l-użu ta' kelma ta' riċerka identika għat-trade mark għal riklam għal merkanzija jew servizzi identiċi, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk ir-riklam jidherx fil-lista ta' riżultati jew f'riklam separat minnha jew jekk dan jinsabx taħt it-titolu “informazzjoni kummerċjali”?
B)
Meta l-użu ta' sinjal identiku għat-trade mark in kwistjoni għal merkanzija jew servizzi jew meta l-użu ta' sinjal identiku għat-trade mark għal merkanzija jew servizzi identiċi jew simili, għandha tiġi eskliża l-probbabbiltà ta' konfużjoni peress li r-riklam tinsab taħt it-titolu informazzjoni kummerċjali u/jew ma jidhirx fil-lista tar-riżultati iżda f'riklam separat minnha?
(1) ĠU L 40, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy