15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/36
Rikors ippreżentat fis-27 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-282/08)
(2008/C 209/56)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Roels u W. Wils, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet
—
tikkonstata li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva Nru 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“direttiva dwar il-prattiċi kummerċjali żleali” (1) u, fi kwalunkwe każ, li ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE skada fit-12 ta' Ġunju 2007. Issa, fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax il-miżuri neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva, jew, fi kwalunkwe każ, ma kienx informa lill-Kummissjoni dwar dan.
(1) ĠU L 149, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy