30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/32
Rikors ippreżentat fis-27 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Olanda
(Kawża C-283/08)
(2008/C 223/49)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Roels u W. Wils, avukati)
Konvenut: Ir-Renju ta' l-Olanda
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/29/KE (1) tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”), jew f'kull każ, billi ma kkomunikax tali miżuri lill-Kummissjoni, ir-Renju ta' l-Olanda naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju ta' l-Olanda għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-12 ta' Ġunju 2007.
(1) ĠU 2005 L 149, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy