13.9.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 236/8
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation (Franza) fit-30 ta' Ġunju 2008 — Société Moteurs Leroy Somer vs Société Dalkia France, Société Ace Europe
(Kawża C-285/08)
(2008/C 236/12)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Société Moteurs Leroy Somer
Konvenuta: Société Dalkia France, Société Ace Europe
Domanda preliminari
L-Artikoli 9 u 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta' Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi (1) jipprekludu l-interpretazzjoni ta' dritt nazzjonali jew ta' ġurisprudenza interna stabbilita b'mod li tippermetti lill-vittma sabiex titlob kumpens għad-dannu kkawżat għal oġġett intiż għall-użu professjonali u użat b'dan il-għan, meta din il-vittma tipprovdi biss il-prova tad-dannu, tad-difett tal-prodott u tar-rabta kawżali bejn dan id-difett u d-dannu?
(1) ĠU L 210, p. 29.
Full & Egal Universal Law Academy