15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/37
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSvea Hovrätt, Miljööverdomstolen (l-Iżvezja) fl-1 ta' Lulju 2008 — Kemikalieinspektionen vs Nordiska Dental AB
(Kawża C-288/08)
(2008/C 209/57)
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Qorti tar-rinviju
Svea Hovrätt — Miljööverdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kemikalieinspektionen
Konvenuta: Nordiska Dental AB
Domandi preliminari
1
a)
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta' projbizzjoni nazzjonali ta' esportazzjonijiet kummerċjali mill-pajjiz in kwistjoni, ta' amalgama li jkollha l-merkurju għal użu dentali, li hija bbażata fuq kunsiderazzjonijiet ambjentali u ta' ħarsien tas-saħħa?
b)
Huwa b'xi mod rilevanti għal din l-interpretazzjoni l-fatt li l-prodott ikkonċernat għandu l-marka CE?
2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domada hija negattiva, il-paragrafi 8 u 11 ta' l-Att Żvediż (1998:944) dwar, inter alia, il-projbizzjoni f'ċerti każijiet marbuta mal- kummerċ, kif ukoll l-importazzjoni u l-esportazzjoni, ta' prodotti kimiċi, li huma bbażati fuq l-imsemmija kunsiderazzjonijiet, huma kompatibbli ma' l-Artikoli 29 KE u 30 KE fil-każ fejn dawn id-dispożizzjonijiet jiġu applikati għall-amalgama li jkollha merkurju għal użu dentali bil-marka CE?
(1) ĠU L 169, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy