25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/6
Rikors ippreżentat fl-1 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-291/08)
(2008/C 272/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk, C. Egerer, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija
Talbiet
—
tiddikjara li r-Repubblika tal-Awstrija kisret l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE (1), dwar l-adattament ta' ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, fid-dawl tal-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija [traduzzjoni mhux uffiċjali], billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tiġi trasposta d-direttiva jew billi ma kkomunikatx l-adozzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu mogħti sabiex id-Direttiva 2006/100/KE tiġi trasposta skada fl-1 ta' Jannar 2007.
(1) ĠU L 363, p. 141.
Full & Egal Universal Law Academy