30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/34
Rikors ippreżentat fit-2 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja
(Kawża C-293/08)
(2008/C 223/53)
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande, I. Koskinen)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja
Talbiet
—
Tikkonstata li, billi m'adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (1) tad-29 ta' April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, jew, f'kull każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Finlandja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fl-10 ta' Ottubru 2006.
(1) ĠU L 304, p. 12.
Full & Egal Universal Law Academy