30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/36
Appell ippreżentat fis-7 ta' Lulju 2008 minn Leche Celta, SL, mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal tal-Prim' Istanza (It-Tielet Awla) fit-23 ta' April 2008 fil-Kawża T-35/07, Leche Celta vs L-UASI
(Kawża C-300/08 P)
(2008/C 223/57)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Leche Celta, SL (rappreżentanti: J. Calderón Chavero, avukat, T. Villate Consonni, avukat)
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Celia SA
Talbiet ta' l-appellanti
—
annullament tas-sentenza tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' April 2008 fil-kawża T-35/07 sabiex tiġi ddikjarata biċ-ċar l-inkompatibbiltà tat-trade mark CELIA/CELTA;
—
kundanna għall-ispejjeż
Aggravji u argumenti prinċipali
Permezz ta' l-appell tagħha, l-appellanti tikkontesta, essenzjalment, l-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti tal-Prim'Istanza dwar ix-xebh tat-trade marks in kwistjoni. Skond din ta' l-aħħar, fil-fatt, ix-xebh bejn dawn iż-żewġ trade marks huwa tali li l-pubbliku rilevanti mhuwiex kapaċi jara d-differenza bejniethom, iktar u iktar peress li l-prodotti li huma jkopru huma identiċi. Għaldaqstant il-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet diversi żbalji ta' evalwazzjoni meta qieset bħala dgħajjef il-livell ta' xebh verbali u kunċettwali bejn it-trade marks kunfliġġenti.
Full & Egal Universal Law Academy